Kronaka
Isib lil missieru mejjet fil-bajja tad-Dwejra

Turist, Ġermaniż ta’ 68 sena li kien qed jgħum barra l-għar tad-Dwejra Għawdex instab mejjet wara li sab diffikultà fil-baħar.

TVM huwa infurmat li l-inċident seħħ ftit wara l-5pm. Kien it-tifel tal-mejjet li talab l-għajnuna wara li induna li missieru kien ilu kważi siegħa u nofs fil-baħar u ma telax lura l-art.

It-tifel talab l-għajnuna ta’ persuna li għandha skola tal-għaddasa fid-Dwejra biex joħroġ miegħu ifittex lill-missieru. Sfortunatament, malli ħarġu mill-għar, sabu lir-raġel mejjet f’wiċċ l-ilma.

Il-katavru ttella’ lejn l-art fejn. Ġew infurmati l-pulizija fejn bdew l-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħames snin wara s-suċċess tal-ewwel album tagħha ‘Hawn Jien’, il-kantawtriċi Corazon tirritorna b’album ieħor ta’ mużika oriġinali bil-Malti. Is-CD, li jismu ‘Għall-Bejgħ’, jinkludi 12-il kanzunetta li kitbet Corazon stess, b’arranġament…

Lokali

Il-mixgħela tad-dawl għall-festi tal-Milied li kienet se ssir ilejla tħassret minħabba l-maltemp li qed jaħkem lill-gżejjer Maltin illum. L-avveniment ġie pospost għal nhar it-Tnejn 19 ta’ Novembru fil-17:00.

Lokali

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Iżrael wieġeb ħati li kien qed jimporta ponn tal-ħadid lejn Malta. L-arma illegali nstabet fil-bagalja tal-imputat mill-Uffiċjali tad-Dwana waqt li kien qed jivvjaġġa lejn Malta minn…

Aktar