Immigrazzjoni
AĠĠORNAT (2): Total ta’ 370 immigrant jiddaħħlu f’Malta fi tliet vjaġġi

It-tielet grupp ta’ immigranti ddaħħal f’Xatt it-Tiben għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar, wara li żewġ gruppi oħra kienu ddaħħlu f’Malta dalgħodu. B’kollox s’issa llum iddaħħlu 370 immigrant.

TVM infurmat li fuq l-aħħar patrol boat tal-Forzi Armati li daħlet, il-P52, kien hemm 99 immigrant.

Ftit qabel il-11.00am, il-P61 daħħlet 147 persuna, waqt li iktar kmieni dalgħodu 124 persuna oħra ddaħħlu abbord il-P21, wara li kienu salvati f’żewġ gruppi separati; l-ewwel wieħed ta’ 63 persuna u l-ieħor ta’ 61 persuna.

TVM infurmat ukoll li qed isir montitoraġġ tal-movimenti minn dgħajjes oħra.

F’Xatt it-Tiben, l-immigranti ngħataw f’idejn Pulizija mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni li ħaduhom fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa permezz ta xarabanks tal-korp.

Hemmhekk saret tfittxija fuq kull persuna u wara ttieħdu ritratti u marki tas-swaba’ ta’ kull individwu li ġie intervistat bil-għan li l-Pulizija tiġbor tagħrif preliminari dwarhom.

L-aġenzija li tieħu ħsieb lill-immigranti, l-AWAS u li tmexxi ċ-ċentru tal-Marsa, ħadet ħsieb li l-immigranti jingħataw ikel, kura medika u affarijiet bażiċi.

Bl-aħħar wasliet ta’ immigranti, telgħu għal kważi 800 l-immigranti li ddaħħlu Malta din is-sena wara li ġew salvati minn fuq il-baħar mill-Forzi Armati.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: 124 immigrant jiddaħħlu f’Xatt it-Tiben wara li ġew salvati mill-AFM

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Avjazzjoni

Hekk kif ilbieraħ il-Malta Aviation Society ħabbret li s-sena d-dieħla l-airshow mhux se tkun tista’ ssir, bosta dilettanti tal-avjazzjoni b’nostalġja qed ixerrdu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ispettakli tas-snin…

Aktar