
Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ bini f’Ħal Luqa ħa n-nar.
Kien ftit qabel il-17:30, li kien hemm operazzjoni ta’ salvataġġ u tifi tan-nar wara li qabad garaxx fi Triq Wesgħet il-Vittmi tal-Gwerra, f’Ħal Luqa. Jidher li kien hemm xi splużjonijiet li baqgħu għaddejjin għal xi ħin.
Żewġ persuni, irġiel ta’ 71 u 90 sena ttieħdu l-isptar mentri mara ta’ 71 sena u kelb li kienu maqbudin ġewwa nħarġu ftit tal-ħin wara. Sakemm inħarġet minn fuq il-post, l-anzjana żammet kuntatt ma’ binha fuq il-mowbajl b’dan iħeġġiġha tersaq fuq wara tal-bitħa sakemm membri tad-dipartiment tal- protezzjoni ċivili daħlu minn residenza oħra u ħarġuha minn hemm.
Fit-toroq hemm kien hemm kommossjoni sħiħa bin-nies li nġabru barra fit-toroq, bil-Kummissarju tal-Pulizija kien fuq il-post.
Ir-raġel ta’ 71 sena ndarab gravi filwaqt li r-raġel l-ieħor u l-mara sofrew ġrieħi ħfief. Bil-każ infteħet inkjesta maġisterjali.
Ara wkoll:
ARA: X’qal id-Direttur tas-CPD dwar in-nirien li ħakmu binja f’Ħal Luqa?