Politika
ARA: Jitlaqqa’ l-grupp parlamentari tal-PN – persuni jinġabru quddiem id-Dar Ċentrali

Għall-ħabta tas-7.00pm fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bdiet laqgħa tal-grupp parlamentari Nazzjonalista msejħa mill-kap tal-partit Adrian Delia.

Dan wara li l-Ħadd li għadda l-gazzetta The Sunday Times irrappurtat messaġġi bejnu u Yorgen Fenech wara li sar magħruf li Fenech huwa s-sid ta’ 17 Black.

Il-Ħadd filgħaxija stess saret laqgħa mhux uffiċjali bejn madwar sittax-il deputat Nazzjonalista, li ntemmet mingħajr ebda kummenti lill-midja.

Illum għal darb’ oħra ma ngħataw l-ebda kummenti mid-deputati li daħlu fid-Dar Ċentrali għal-laqgħa tal-grupp parlamentari.

Sadanittant, inġabru diversi partitarji barra d-Dar Ċentrali b’sinjal ta’ appoġġ għall-kap tal-PN Adrian Delia, b’uħud bil-bnadar tal-PN.

Biex jaġġornana dwar il-laqgħa, għall-ħabta tat-8.15pm ingħaqad magħna l-kollega Nigel Mifsud f’xandira diretta:

Iktar dettalji mal-ħin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar