Politika
AĠĠORNAT: Dr Abela jgħid li l-poplu jrid iżomm ir-riċetta li ħadmet

Il-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista Robert Abela, ippreżenta l-viżjoni tiegħu fl-għeluq tal-Kungress tal-Partit Laburista. L-Avukat Abela sahaq li għada ser ikun jum is-serħan il-moħħ – jum il-kontinwità, biex it-tajjeb kollu li sar fl-aħħar seba’ snin jitkompla u jissarraf f’aktar suċċessi.

Atmosfera ċelebrattiva u ewforika laqgħet lil mexxej ġdid tal-Partit Laburista Robert Abela wara r-rebħa konvinċenti li kellu s-Sibt fl-elezzjoni għal mexxej tal-partit.

Dr Abela wasal fil-Padiljun Sportiv ta’ Raħal Ġdid akkumpanjat minn martu Lydia, u binthom Georgia Mae, u ngħataw merħba mill-partitarji Laburisti. Huwa ntlaqa’ b’tgħanniqa minn qrabatu, fosthom missieru, il-President Emeritus George Abela u ommu Margret, kif ukoll mill-grupp parlamentari Laburista.

Fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala mexxej tal-Partit Laburista, Dr Abela qal li għada huwa jum il-kontinwità li ser titrasforma ruħha fi stabbiltà għax il-poplu jrid ir-riċetta li ħadmet u tat lill-poplu s-suċċessi.

Qal li ser jara li jżomm lill-partit rebbieħ kif kien fl-aħħar għaxar elezzjonijiet. “Għax in-nies għadhom jemmnu fina u aħna rridu nroddu dik il-fiduċja lura. Il-proġett ta’ partit miftuħ, miftuħ għal kulħadd. Dan huwa s-sigriet; partit miftuħ għal kulħadd, li ma jħarisx lejn l-uċuh, ma jħarisx lejn il-kulur, ma jħarisx lejn ir-reliġjon, imma jħares biss lejn dak li jgħaqqadna.”

Il-mexxej ġdid Laburista ddikjara li ser iżomm il-legat ta’ Joseph Muscat ħaj u b’saħħtu. “Imma xorta waħda mhux se nagħlaq għajnejja għall-iżbalji; mill-iżbalji tgħallimna u l-iżbalji mhux se jerġgħu jiġu ripetuti. Dwar dan għandkom il-kelma tiegħi. Se naħdem flimkien ma’ sħabi biex insaħħaħ is-saltna tad-dritt. Inkompli nsaħħaħ il-governanza tajba. Detrminat li nagħmel dan għax din hija t-triq it-tajba.”

Dr Abela appella lin-negozjanti biex jagħmlu kuraġġ u appellalhom biex jaħsbu fil-ħaddiem biex il-ġid jinżel ’l isfel ħalli jilħaq iktar lil kulħadd.

Il-mexxej Labursita qal li jemmen fil-professjonisti, fil-ħaddiema tal-id ul-pensjonanti. Stqarr li għandu fiduċja fiż-żgħażagħ u ħeġġiġhom biex ikunu protagonisti biex imexxu l-pajjiż miegħu.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu, Dr Abela stqarr li huwa kburi bil-Partit Laburista, għax intweriet maturità politika fl-elezzjoni. Huwa rringrazzja lil Chris Fearne, u qal li filgħodu tkellem miegħu u apprezza l-awguri tiegħu. Żied li jħares ‘il quddiem biex jaħdem ma’ kull membru tal-grupp parlamentari.

Il-mexxej il-ġdid qal li jħares ‘il quddiem biex tiġi ċċelebrata l-mitt sena mit-twaqqif tal-partit Laburista u ser jaċċerta li mhux ser jinsa l-għeruq tal-partit.

Segwi hawn id-diskors sħiħ ta’ Dr Abela. Il-filmat jinkludi traduzzjoni għall-Ingliż:

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar