Politika
AĠĠORNAT (2): Il-PM u d-deputati Laburisti jitilqu mir-residenza tal-Girgenti

Diversi deputati tal-grupp Parlamentari Laburista dalgħodu dehru jaslu fir-residenza uffiċjali tas-Sajf tal-Prim Ministru fil-Girgenti.

Crew ta’ TVM mar fuq il-post minn filgħodu, fejn seta’ josserva l-wasla ta’ diversi membri tal-kabinett u deputati. Il-Prim Ministru wasal għall-ħabta tad-9.00am, waqt li Ministri u deputati oħra waslu iktar kmieni.

Id-deputati dehru ħerġin lura mir-residenza tal-Prim Ministru għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar, segwiti mill-Prim Ministru nnifsu. Ħadd ma ta kummenti lill-ġurnalisti preżenti.

Sezzjonijiet tal-midja dalgħodu kienu qed jirrappurtaw li r-riżenja tal-Prim Ministru Joseph Muscat hija imminenti, iżda dan ma jistax jiġi kkonfermat.

Ara wkoll:

Chris Cardona lura fil-kariga bħala Ministru u deputat mexxej tal-PL

‘Il-Grupp Parlamentari b’mod unanimu wara l-Prim Ministru’ – Partit Laburista

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Xafiero Lantveld, Olandiż ta’ 23 sena tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga kokaina. Fil-Qorti ntqal li hu ġie arrestat f’lukanda f’Tas-Sliema wara li l-pulizija rċeviet informazzjoni li kien qed…

Qorti

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, waqqa’ kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ġurnal The Malta Independent dwar storja li fiha qal li fl-2014 saret transazzjoni finanzjarja…

Kronaka

Bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-lejl illi għadda, il-Pulizija wettqet mat-80 spezzjoni, f’diversi stabbilimenti madwar Malta u Għawdex. B’kollox ġew imħarrka mal-100 persuna li nqabdu jpejpu fl-istabbilimenti. Madwar 50…

Lokali

BirdLife Malta qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jpoġġi lir-regolatur tal-kaċċa taħt il-Ministeru għal Għawdex hija dijabolika. Fi stqarrija hija kkundannat din id-deċiżjoni li sejħitilha bħala waħda purament elettorali. Fi…

Aktar