Kronaka
BIL-FILMAT: Nar u protesti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi

Il-forzi tal-ordni ssejħu biex jassistu wara li dalgħodu nqala’ l-inkwiet fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.

L-immigranti jidher li bdew jipprotestaw ftit qabel l-10.30, bis-sitwazzjoni li eskalat malajr.

Għadd sostanzjali ta’ Pulizija minn diversi taqsimiet marru fuq il-post, flimkien mal-Forzi Armati.

Fuq il-post issejħu wkoll il-Protezzjoni Ċivili u ambulanzi minn Mater Dei, hekk kif xi immigranti qabbdu n-nar.

Xi uffiċjali tad-detenzjoni kellhom jingħataw assistenza medika minħabba d-duħħan li belgħu.

Crew ta’ TVM jinsab fuq il-post, fejn mal-ħin seta’ jassisti għall-parti żgħira mill-attività li għaddejja fuq ġewwa.

L-immigranti qed jiktbu messaġġi bil-kliem “Freedom”, “Where is humanity?” u “4 months in detention. Why? Free us.”

Għall-ħabta ta’ 12.45pm deher ħafna duħħan tiela’ minn blokka li fiha kien hemm mal-200 immigrant. TVM ġie infurmat li kien reġa’ tqabbad in-nar, bl-immigranti joħorġu fil-bitħa.

Din kienet it-tieni protesta f’Ħal Safi. Tlett ijiem ilu saret protesta simili minn immigranti li qed jinżammu fiċ-ċentru tal-Marsa.

Ħafna mill-immigranti qed jistennew l-arranġamenti biex jiġu trasferiti f’pajjiżi Ewropej, wara ftehim bejn għadd ta’ pajjiżi biex ikun hemm żblokk fuq diversi kwistjonijiet ta’ vapuri li nqabdu f’limbu fejn se jdaħħlu l-immigranti li ħafna drabi ġew salvati f’ibħra Libjani.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Aktar