Kronaka
AĠĠORNAT: Sajjied imut wara li għereq fiċ-Ċirkewwa

Anzjan tilef ħajtu waqt li kien qed jipprattika passatemp għal qalbu: is-sajd bil-qasba.

Saviour Grima ta’ 71 sena minn Birkirkara kien qed jistad ma’ sieħbu max-xatt fiċ-Ċirkewwa, fuq wara tat-terminal tal-vapur tal-Gozo Channel.

Għall-ħabta tad-9.00 ta’ filgħodu, jidher li l-anzjan mar iġib qasba oħra biex ikun jista’ jilħaq aktar il-qiegħ. Meta kien miexi lura fuq il-blat għal ħdejn sieħbu, għal xi raġuni waqa’ u spiċċa fil-baħar.

Sieħbu, li jidher bilqiegħda fir-ritratt, beda jgħajjat għall-għajnuna. Fil-qrib kien hemm sajjieda oħra u membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar, li marru jagħtu l-ewwel għajnuna u tellgħu lill-anzjan mill-baħar.

Hu ġie ċertifikat mejjet fuq il-post mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.

Il-Maġistrat tal-Għassa, Caroline Farrugia Frendo, qed tmexxi inkjesta. Il-Pulizija tad-distrett qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi weġġa’ f’inċident bil-gaffa fl-impjant tal-iskart fil-Magħtab. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-2.45pm. Fuq il-post marru l-Pulizija u anki membri tal-Protezzjoni Ċivili,…

Avjazzjoni

F’dawn il-jumejn f’Malta qed titlaqqa’ l-konferenza internazzjonali tal-Avjazzjoni msejħa CAPA, li qed tiddiskuti l-isfidi li hemm fis-settur tal-avjazzjoni. Għal din il-konferenza qed jattendu madwar 100 delegat minn madwar id-dinja, fosthom…

Politika

Wara dak żvelat fil-Qorti dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma bħala messaġġier u xufier f’kumpanija tal-gvern, li minnu ħa tliet xhur paga mingħajr qatt ma mar għax-xogħol, il-pulizija fetħet investigazzjoni fuq…

Aktar