Kronaka
Tinstab abbandunata fix-Xemija l-powerboat li ħarbet b’sigaretti tal-kutrabandu

Il-powerboat li ħarbet nhar il-Ħamis wara li tniżżlu ammont kbir ta’ sigaretti bil-kuntrabandu f’San Pawl il-Baħar instabet ilbieraħ filgħaxija (il-Ġimgħa) fuq il-baħar fl-inħawi tax-Xemxija.

Id-dgħajsa nstabet abbandunata marbuta ma’ baga f’nofs il-bajja tax-Xemxija. Jidher li kienet mimlija b’kaxxi bis-sigaretti tal-kuntrabandu hekk kif nhar il-Ħamis mhux kollox tniżżel minn fuqha għal ġol-vann.

Id-dgħajsa kienet skortata minn patrol boat tal-Forzi Armati lejn Ras il-Ħanzir fejn hemm tad-Dwana niżlu l-kaxxi tas-sigaretti u raw l-ammonti li kien hemm.

L-operazzjoni tat-tfittxija qed titmexxa mis-Supretendent Walter Spiteri u l-Ispettur Maurice Curmi tad-distrett tal-Qawra flimkien mad-Dwana u l-AFM.

Ara wkoll:

Se jitressaq il-Qorti mixli b’evażjoni ta’ aktar minn €251,000 dazju, sisa u VAT

ESKLUSSIVA: Id-Dwana u l-Pulizija jaqbdu mat-800,000 sigarett bil-kuntrabandu minn fuq il-baħar