Qorti
AĠĠORNAT: Melvin Theuma mwissi biex jgħid il-verità fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, illum qed tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li jinsab mixli bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

10.25:

Fl-Awla 22 hawn is-skiet. L-Avukati difensuri ta’ Fenech jitkellmu minn taħt l-ilsien mal-klijent tagħhom. Filliera warajh erba’ uffiċjali taż-sigurtà – warajhom il-ġenituri u t-tliet aħwa tas-Sinjura Caruana Galizia.

10:30:

Preżenti wkoll issa Matthew Caruana Galiza. Ftit mumenti wara s-seduta, reġgħet ġiet sospiża sakemm kienet preżenti l-persuna inkarigat mit-traskirzzjonijet tal-aħħar seduti.

Fix-xhieda tagħha Margaret Debattista esebixxiet traskrizzjonijiet ta’ żewġ recordings, kif ukoll traskrizzjonijiet ta’ recodrings li kienu diġa’ saru.

10:35:

Melvin Theuma jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda. Infakkru li Theuma huwa l-intermedjarju u qed jixhed bil-prokalam wara li ngħata l-maħfra presidenzjali.

10:40:

Il-Qorti tibda ssemma’ wieħed mir-recordings. L-Avukata Marion Camilleri qalet li mhux tara li l-proċedura mħaddma mill-prosekuzzjoni hija ġusta għax skontha, Theuma qed jinterpreta x-xhieda kif jaħseb hu. Iżda l-Maġistrata Montebello qalet li l-proċedura ser tibqa’ għaddejja u Theuma jixhed fuq dak li jiġi mistoqsi fl-isfond ta’ dak li qed jinstema’.

10:45:

Il-prosekuzzjoni tinnota li hemm differenzi bejn it-traskrizzjonijiet tar-recordings u r-recordings infushom. Qed jiġi suġġerit biex it-traskrizzjonijiet ta’ dan ir-recording partikolari jsir minn żewġ persuni – mhux persuna waħda. “Aħjar iun hemm żewġ pari widnejn waqt dan l-eżerċizzju ta’ traskrizzjoni”, argumentat il-prosekuzzjoni. Il-Maġistrat ħabbret li ser taħtar persuna oħra.

Waqt il-kumplament tas-smigħ tar-recordings, Melvin Theuma qed jgħid li mhux jisma’ sew ir-recordings. Dawk preżenti fl-awla, fosthom il-ġurnalisti, qed igergru li lanqas huma mhux jisimgħu tajjeb ir-recording.

11:25:

Fir-recordings jissemma”x-xiħ”, Keith, Kenneth, Arthur Azzopardi u Adrian Delia, iżda f’dan l-istadju mhux magħruf il-kuntest u r-recordings mhumiex ta’ kwalità tajba.

11.35:

Jibdew il-mistoqsijiet mill-Ispettur Keith Arnaud biex jitpoġġa kollox fil-kuntest, iżda Melvin Theuma jilmenta li ma semax b’mod ċar ir-recordings u jgħid li fl-awla li fl-aħħar smigħ l-akustika kienet iżjed ċara.

Theuma iwieġeb li fir-recording jinstemgħu jitkellmu dwar il-bail tal-aħwa Degorgios. Jgħid li Yorgen Fenech qal li l-Koħħu ried jikxef lil Theuma iżda m’emmnux għax Theuma qatt ma kien kellmu.

Theuma qal li wara l-ewwel 30 elf ewro li kienu ħadu l-aħwa Degorgio u Muscat, intalab 30 elf ewro oħra. Theuma qal li George Degorgio kien offrielu dehbijiet: arloġġ, ċappetta u ġiżina ħoxna tad-deheb biex jingħata t-tieni sett ta’ 30 elf ewro anke bħala garanzija. Iżda Theuma ma kienx komdu b’din l-offereta u Yorgen għadda t-tieni sett ta’ 30 elf ewro lit-tliet irġiel permezz ta’ Theuma.

11.45:

Melvin Thuema spjega li kien jitlob lil Yorgen Fenech biex jirranġa biex l-aħwa Degorgio u Muscat jingħataw il-bail. Qal li kieku dawn ingħataw il-bail huwa kien ikun meħlus minn kull saram. Żied jgħid li Yorgen qallu li Keith ma jistax jirranġa għal din il-bail.

11:55:

Dr Jason Azzopardi jibda jagħmel il-mistoqsijiet. Yorgen Fenech sar jaf mingħand Johann Cremona li Melvin Theuma kien qed jirrekordja l-konverżazzjonijiet ma’ Fenech. Theuma qal li kien iżomm il-mobile fil-but jew il-kalzetta biex jirrekordja.

Fir-recording, Yorgen jinstema’ jgħid li ser iċempel lil Valletta dwar il-każ u li kien qed jibża’. Melvin wieġeb li ma fehmx dwar minn xiex kien qed jibża’ Fenech.

Melvin qal li Yorgen Fenech qallu li Keith kien qed iċempillu ta’ spiss.

12:17:

Il-Qorti twissi lil Melvin Theuma biex jgħid il-verità u ma jistax iwieġeb “ma jafx” jew “ma jiftakarx”. Il-Maġistrat Rachel Montebello tiġbed l-attenzjoni li f’siltiet partikolari s-Sur Theuma jiftakar b’mod ċar xi jkun intqal, u f’mumenti oħra jirrispondi li ma jafx.

12:45:

Fenech qal lil Theuma dwar dak li kien qed jgħid Vince Muscat il-Koħħu lill-Pulizija dwar seba’ omiċidji, fosthom il-qtil ta’ Tyson lura fl-2014. Fenech qal li ma jafx min kien it-Tyson iżda li min qattlu talab €10,000, iżda offra skont u ħa €8,000.

Intqal li Keith Schembri kien qed jinforma lil Fenech x’kien qed jgħid il-Koħħu mal-Pulizija meta kien taħt arrest.

13:10:

Yorgen Fenech iddeskriva lid-dimostranti li skontu jgħoddu mal-4,000 li kienu qed jipprotestaw kontra l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia bħala indannati. Qal li lanqas Adrian Delia ma jappoġġjaha.

13.20:

Dr Jason Azzopardi rrefera għal recording li fih Yorgen Fenech instema’ jgħid li l-Gvern qed jippanikja. Mistoqsi minn Dr Azzopardi, Melvin Thuema qal li Yorgen Fenech qallu li fit-tfittxijiet li saru wara l-arresti li saru fil-Potato Shed tal-Marsa, f’Diċembru tal-2017, instabu diversi mobiles fil-baħar, b’wieħed minnhom kien fih in-numru ta’ “Cardona” biss.

Segwi fil-qosor:

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar