Lokali
ARA: Ma tammettix li talbet għat-telefonata b’theddida ta’ bomba – il-Qorti ma tagħtihiex il-ħelsien mill-arrest

Joelle Galea ta’ 34 sena minn Tas-Sliema li toqgħod Għawdex wieġbet li mhux ħatja li ordnat jew ġegħlet lil Ronald Mallia biex il-ġimgħa li għaddiet iċempel u jagħmel theddida ta’ bomba fuq il-vapur tal-Gozo Channel.

Il-mara ġiet arrestata wara li jumejn ilu Mallia tressaq il-Qorti akkużat bit-telefonata li wettaq u żvela mal-Pulizija li kien imqabbad biex iċempel minn din il-mara.

Joelle Galea kienet akkużata ukoll li hija kompliċi ma’ Ronald Mallia u anke meta kienet fil-lock up fid-Depot kienet fil-pussess tad-droga eroina. Kienet akkużata ukoll li riċediva.

L-Ispetturi Omar Zammit u George Cremona qed imexxu l-prosekuzzjoni. Għall-akkużata qed jidhru Chris Bonnett u Stephen Tonna Lowell.

Ftit wara li tressqet quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, id-difiża talbet biex ittella’ persuna u tixhed fil-magħluq minħabba kwistjoni ta’ natura medika dwar l-akkużat. Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx bil-Maġistrat ordnat lil kulhadd joħroġ ‘il barra mill-awla.

Il-mara ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest.

Nhar it-Tlieta fil-Qorti hareg li Mallia, li għandu 30 sena u huwa mill-Mosta, ċempel b’mod anonimu mit-telephone box li hemm fil-kantuniera ta’ bejn Triq ir-Repubblika u Triq San Ġwann, fil-Belt Valletta u anke deher fuq cameras tas-sigurtà li hemm fl-inħawi.

Is-sentenza fil-konfront ta Mallia li ammetta l-akkuzi se tingħata mill-Maġistrat Aaron Bugeja lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Ara wkoll:

Arrestata l-mara li allegatament talbet biex issir it-telefonata b’theddida ta’ bomba

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fis-swali tat-tfal fl-isptar Mater Dei, isiru wkoll lezzjonijiet maħsuba apposta għat-tfal li jkollhom bżonn kura fit-tul. B’koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-isptar u l-awtoritajiet edukattivi, ġew iddedikati riżorsi kemm ta’ għalliema kif…

Lokali

L-importanza tan-naħal għall-eko sistema u l-produzzjoni tal-ikel fid-dinja ġie rikonoxxut minn Nazzjonijiet Magħquda li ddikkjarat l-20 ta’ Mejju bħala l-Jum Dinji għan-Naħla. Dan sar biex titqajjem kuxjenza fuq l-importanza ta’…

Lokali

Il-maltemp ta’ dalgħodu ħarbat xi ftit il-festi fiż-Żurrieq iżda ma waqqafx l-entużjażmu taż-Żrieraq li jfakkru ż-żjara li l-Gran Mastru Hompesh kien għamel fosthom fl-1798. Ir-ragħad ikarwat u x-xita, li xi…

Aktar