Lokali
Bħan-neputi għal qalbha l-palk ta’ 82 sena

Numru ta’ anzjani fir-residenza San Vincenz de Paul bdew jattendu lezzjonijiet tal-Università tar-raba’ età li qed isiru bil-għan li l-anzjani, l-aktar dawk li għandhom diffikultajiet ta’ mobilità, iżommu lilhom infushom impenjati. TVM żar il-lezzjoni tal-mużika f’San Vincenz de Paul, fejn iltaqa’ ma’ Mary, anzjana attiva li għandha għal qalbha l-palk.

Mary Galea għandha 82 sena. Il-palk minn dejjem kien għal qalbha u llum hija kburija li wieħed min-neputijiet tagħha – Davide Tucci wiret din il-passjoni.

B’nostalġija, Mary, li kunjomha xebba kien Zarb, irrakkontat kif qattgħet żogħżita fuq il-palk ma’ wħud mill-aqwa atturi.

“Għamilt ta’ Fr Born, is-Salib tal-Fidda fir-Radio City, ħadna kollox konna. L-ewwel waħda li għamilt kelli xi tlettax-il sena ma’ Twanny Scalpello, Cachia, Karmenu Gruppetta mal-krema tal-atturi.”

Mary baqgħet attiva . . . sal-lum għada tieħu sehem f’xi reċta f’San Vincenz de Paul. Hija ilha tliet snin tgħix hawnhekk flimkien ma’ żewġha Enrico li jbati bid-dimensja.

“Mhux minn dawk li jkellimni jaħasra. Kultant ikellimni tajjeb u kultant iktar kwiet milli jkellimni. Kemm nixtiequ jkellimni.”

Minkejja dawn id-diffikultajiet u l-età, Mary baqgħet iżżommha u anke tkompli ma’ sħabha l-anzjani l-oħra, li wħud minnhom qed jattendu l-università tar-raba’ età.

Il-lezzjonijiet organizzati mill-Università qed isiru wkoll f’Dar San Ġużepp fil-Fgura bl-iskop li l-anzjani jinvolvu ruħhom fihom kif ukoll jaqsmu l-għarfien tagħhom.

Il-kap tad-dipartiment tal-Ġerontoloġija – il-Professur Marvin Formosa – qal li dawn il-lezzjonijiet iħallu impatt fuq l-anzjani li jkunu aktar kalmi, ferħanin u b’inqas ansjetà.

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar