Barranin
Biċċa laħam indurata bid-deheb taqla’ l-inkwiet għal Ribery

Ma kinitx biċċa laħam li vvinta biex jiekol il-futboler ta’ Bayern Monaco, Franck Ribery.

Kollox beda minn filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, li kien juri lill-futboler Franċiż jiekol biċċa ċanga indurata bid-deheb u msajra mill-kok ta’ fama Salt Bae.

Din il-biċċa laħam jingħad li swiet €300, u prezzha qanqal rabja fost uħud li akkużaw lil Ribery b’nuqqas ta’ rispett lejn min qed ibati l-ġuħ.

Ribery ma qagħadx jomgħod wisq kliemu, u fost oħrajn qal li dawk li sejjaħ psewdo-ġurnalisti qatt ma jsemmu meta jagħmel karità, imma jkunu lesti jikkritikawh fuq il-vaganzi ma’ familtu u issa wkoll fuq l-ikel li jiekol.

Id-direttur sportiv tat-tim ta’ Bayern Munich ħabbar li kien tkellem ma’ Ribery, li min-naħa tiegħu qabel li jħallas multa għall-insulti li kiteb fuq il-midja soċjali.

Għall-prezz li swietu u għall-battikata li tatu, wieħed jittama li tal-anqas din il-biċċa laħam kienet tajba.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Franza sejħet għall-ambaxxatur Taljan wara li d-Deputat Prim Ministru Taljan Luigi di Maio akkuża lill-Franċiżi li jisfruttaw lill-Afrika u li bl-azzjonijiet tagħhom qed iwasslu għall-kriżi tal-immigrazzjoni. Nhar il-Ħadd, Luigi di…

Barranin

Fir-Renju Unit, il-membri parlamentari bdew iressqu l-proposti tagħhom għal bidliet fil-pjani għal Brexit qabel il-vot skedat għall-ġimgħa d-dieħla dwar ftehim emendat tal-Prim Ministru Theresa May. Il-Prim Ministru May mistennija tiltaqa’…

Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li fil-proċess dwar Brexit ser tikkonsulta b’mod aktar wiesa’ kemm mal-House of Commons kif ukoll mas-soċjetà taċ-ċivili biex tilħaq pożizzjoni komuni li twassal…

Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Aktar