Bid-Down syndrome xorta jirnexxieli nikseb suċċessi internazzjonali

‘Popolin’ tkellem ma għawwiema Maltija li tirrapreżenta lil pajjiżna fl-olimpjadi speċjali. Spikkat id-determinazzjoni ta’ din iż-żagħżugħa u l-imħabba li għandha lejn l-isport tal-għawm.

Maria James qalet li Sajf u Xitwa tagħmel sagrifiċċji kbar biex darbtejn kuljum, festi pubbliċi nklużi, tattendi t-taħriġ tal-għawm, l-ġinnasju u anke sezzjonijiet ta’ fitness. Ilha tipprattika l-għawm minn mindu kienet tifla u l-passjoni tagħha kibret tant li ġiet magħżula biex tikkompeti f’isem Malta. Hija kisbet żewġ unuri importanti, fejn ġiet klassifikata fit-tieni post; “sodisfatta ħafna bis-suċċessi li ksibt”.

Maria ħeġġet lil persuni bħala li għandhom id-Down Syndrome biex ma jaqtgħux qalbhom għaliex l-isport jilqa’ lil kulħadd. Saħqet li l-importanti hu li nibqgħu mixjin il-quddiem, inkunu b’saħħitna u li ngħixu b’entużjażmu.

“Jien persuna fighter, nemmen li l-importanti hi l-kuntentizza u li nsibu ħin ingawdu l-isports”.