
John Hili għandu kollezzjoni impressjonanti ta’ 135 magna li ilu jġemma’ għal dawn l-aħħar 30 sena fil-garaxx tiegħu f’ Ħal Luqa. Għalih din il-kollezzjoni hi aktar minn delizzju personali. Is-Sur Hili qal li b’dawn il-magni għalih huma parti mill-wirt industrijali.
John Hili qal “l-ixjeh waħda 1896 ġifieri għanda iktar minn 120 sena, issa hemm range bejniethom hemm tal-1900, 1910, 1920s, 1930s u għandi ftit li huma rari fil-fatt, rari fid-dinja mhux f’ Malta”
In-namra tas-sur Hili għal magni bdiet minn tfulitu.
John Hili qal “jiena minn mindu kont żgħir kont jinteressawni l-makkinarju ejja niftehmu minn mindu kont tifel u bqajt sakemm dħalt it- tarzna ovvja mbagħad hemmhekk żdied l-interess. Peress li jiena kont niġri ‘l hemm u ‘l hawn f’fabbriki u anke f’għelieqi pereżempju kont nara dawn il-magni mitluqin u kont niġborhom biex insalvahom ħa niftehmu ġifieri.”
L-itqal magna fil-garaxx ta’ John tiżen 10 tunnellati u nofs u żarmaha hu stess minn ġo bastiment. Huwa anke bena replika tal-ewwel karozza li nbniet minn Henry Ford fl-1896. Huwa jgħid li din hija waħda minn ħames mudelli li hawn fid-dinja tagħha.
Dan il-mużew mhux uffiċjali tal-wirt industrijali, għalkemm ftit magħruf, iżuruh diversi nies, inkluż barranin li għandhom interess fl-istorja tal-inġinerija.
John Hili qal “l-idea jien tal-kollezzjoni bħalma ġa għidtlek mhux li jkolli numru, jiġifieri biex noqgħod niftaħar, għandi 130, l-idea hi li nsalvahom dawn għax dawn xħin jintilfu mhux se jerġgħu lura”
Is-sur Hili għadu jittama li Malta jkollha mużew tal-wirt industrijali biex l-invenzjonijiet tal-inġinerija jiġu preservati.
Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…
Minħabba l-maltemp u baħar qawwi li se jaħkem fil-jiem li ġejjin, il-Virtu Ferries ħabbret li l-vjaġġi kollha skedati għas-Sibt 14 ta’ Diċembri se jitħassru. Biex tikkumpensa għal dan, il-kumpanija se…
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li ġiet programmata b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. Il-Korporazzjoni qalet li issa tista’ tittraċċa min jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq…
Fi Ġnien ‘Raymond Caruana’ tal-Gudja ġie mikxuf monument artistiku f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura. Din iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni kienet timmarka tmiem il-programm estensiv ta’ ċelebrazzjonijiet li ġew organizzati matul ix-xhur li għaddew…