Barranin
Biden bi pjan biex sa xahrejn oħra jitlaqqmu 70% tal-adulti

Il-President Amerikan Joe Biden nieda pjan biex sal-4 ta’ Lulju proprju l-ġurnata li fiha l-Amerika tfakkar l-Indipendenza, 70% tal-adulti jkunu tlaqqmu.

Huwa qal li se jkun qed jara li t-tilqim jiġi provdut lil dawk bejn it-tnax u l-15-il sena mill-aktar fiss.

S’issa aktar minn 105 miljun persuna diġà tlaqqmu però r-rata ta’ tilqim issa niżlet sew bil-President Amerikan iwiegħed li se jaħdem biex jikkonvinċi x-xetttiċi.