Barranin
Biden ireġġa’ lura wħud mid-deċiżjonijiet ewlenin ta’ Trump

Ftit sigħat wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, beda jreġġa’ lura wħud mid-deċiżjonijiet ewlenin ta’ Donald Trump.

Fi tweet, wara l-inawgurazzjoni, il-President Biden kiteb li m’hemmx ħin x’jinħela meta niġu biex nindirizzaw il-kriżijiet li qed naffaċċjaw.

Huwa ffirma ħmistax-il ordni eżekuttiva, bl-ewwel waħda tindirizza l-kriżi tal-coronavirus.

Orndijiet oħrajn li kienu saru fl-amministrazzjoni Trump u mhux se jibqgħu jgħoddu jinkludu t-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni.