Barranin
Biden isejjaħ l-qtil ta’ eluf t’Armeni mill-Imperu Ottoman bħala ġenoċidju
Il-President Amerikan Joe Biden sar l-ewwel President tal-Istati Uniti li ddeskriva l-massakru ta’ eluf Armeni li nqatlu mill-Imperu Ottoman fl-1915 bħala ġenoċidju.

Huwa għamel din id-dikjarazzjoni lbieraħ meta ġie mfakkar il-106 anniversarju minn dan il-massakru.

Din id-dikjarazzjoni ġabet reazzjoni ta’ rabja fost it-Torok. Minkejja li t-Turkija tirrikonoxxi l-atroċitajiet li seħħew, dejjem irrifjutat li sejjaħ dawn l-avvenimenti bħala ġenoċidju.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Tork wera r-rabja tiegħu għall-kumment ta’ Biden u qal li huma mhu se jieħdu ebda lezzjoni mingħand ħadd dwar l-istorja tagħhom. Qal li Biden ikkawża ferita irreparabbli fir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.