Barranin
Biden jissuġġerixxi li min tlaqqam kontra l-Covid jingħata $100

Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden appella lill-istati biex joffru mitt dollaru lil dawk li tlaqqmu kontra l-Covid-19.

Dan, fi sforz biex tiġi indirizzata r-rata baxxa ta’ tilqim waqt li l-każi ta’ Coronavirus qed jiżdiedu.

Il-President Biden ordna wkoll li l-ħaddiema federali tal-Istati Uniti, li jammontaw għal madwar żewġ miljun persuna, għandhom jitlaqqmu kollha. Żied, li l-ħaddiema jridu juru prova li huma mlaqqmin jew ikollhom jagħmlu test u jilbsu l-maskra.

Ftit inqas min-nofs il-popolazzjoni Amerikana hija mlaqqma.