Barranin
Biden jitkellem dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Re tal-Arabja Sawdija

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden kellu telefonata mar-Re Salman tal-Arabja Sawdija.

Biden għamel din it-telefonata fl-isfond tal-qtil tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi, b’rapport mistenni jimplika lil iben ir-Re, il-Prinċep Mohammed bin Salman. Min-naħa tiegħu qed jiċħad li kien involut f’dan il-qtil. Qed jintqal li din it-telefonata li qed tiġi deskritta bħala waħda sensittiva, saret fi żmien sensittiv ukoll.

Il-White House qalet li matul it-telefonata, il-President Joe Biden enfasizza dwar l-importanza li l-Istati Uniti tagħti lid-drittijiet tal-bniedem u s-saltna tad-dritt.

Intant, iż-żewġ mexxejja ddiskuttew ir-relazzjoni bilateralli bejn iż-żewġ pajjiżi.