Barranin
Biden jordna investigazzjoni dwar l-oriġini tal-Covid-19

Il-President Amerikan Joe Biden ordni biex l-aġenziji tal-intelliġenza u sigurta’ jinvestigaw l-oriġini ta-virus tal-covid u jirraportaw lura fi żmien 90 ġurnata.

Fi stqarrija pubblikata, Biden talab lil aġenziji Amerikani biex jirdoppjaw l-isforzi biex jiddeterminaw l-oriġini tal-virus.

L-ewwel każ tal-virus kien ġie rraportat fl-aħħar xhur tas-sena 2019 mill-Belt ta’ Wuhan.

L-awtoritajiet tas-saħħa, fosthom l-Għaqda Dinija tas-Saħħa mxew fuq it-teżi li l-virus ġie trażmess mill-annimali għall-bnedmin permezz ta’ suq tal-ħut fl-istess Belt.

Fi Frar illi għadda, l-grupp ta’ esperti internazzjonali li mar fiċ-Ċina biex jinvestiga l-oriġini tal-Covid-19 warrab għal kollox it-teorija li l-coronavirus ħareġ minn ġo laboratorju minkejja li qalu li għad fadal biex jiġi dentifikat is-sors tal-virus.

Iżda rapporti ġodda qed jiddubitaw din l-ipoteżi u qed jorbtu laboratorju fiċ-Ċina mal-virus li s’issa ħalla aktar minn tlett miljun u ħames mit elf vittma madwar id-dinja.