Barranin
Biden jordna lill-ħaddiema ta’ kumpaniji kbar jitlaqqmu jew test tal-Covid-19 kull ġimgħa

Fl-Istati Uniti, il-ħaddiema kollha tal-kumpaniji l-kbar iridu jitlaqqmu kontra l-Covid-19 inkella jridu bilfors jagħmlu swab test kull ġimgħa. Din l-ordni se taffettwa 100 miljun ħaddiem fil-pajjiż.

Dan l-iżvilupp seħħ waqt li l-virus kawża tal-varjant Indjan qed ikompli jinfirex b’rata allarmanti fil-pajjiż b’medja ta’ 160,000 każ ġdid kuljum.

L-isptarijiet fil-pajjiż huma mimlijin bil-pazjenti morda bil-virus. Fil-pajjiż, iktar minn 650,000 persuna mietu bil-virus li fil-maġġoranza tagħhom mhumiex imlaqqmin.