Barranin
Biden mhux jingħata aċċess għall-informazzjoni sensittiva li jkollu l-President – Trump jaħlef li se jbiddel ir-riżultat

Il-President elett tal-Istati Uniti Joe Biden ċempel lilll-għadd ta’ mexxejja internazzjonali hekk kif qed ikompli bit-tħejjijiet lejn it-transizzjoni għas-sitta u erbgħin presidenza tal-Istati Uniti.

Biden ħabbar ukoll li c-chief of staff ġdid tiegħu se jkun Ron Klain li ħadem miegħu fit-tmeninijiet u waqt li kien l-viċi president fl-amministrazzjoni Obama.

Iċ-ċirkostanzi madankollu huma strambi hekk kif l-amministrazzjoni Trump ma kkonċediex r-riżultat u mhuwiex qed jikkopera mad-demokratiku Biden.

Il-president elett sa issa mhuwiex jingħata aċċess għall-informazzjoni sensittiva li jkollu l-president, bi Trump jaħlef li se jbiddel ir-riżultat. Huwa qed jagħmel allegazzjonijiet ta’ frodi li sa issa għadhom ma kienux ssostanzjati.

Tliet stati, Arizona, Georgia u North Carolina għad iridu jkunu pproġettati.

Skont aġenziji tal-aħbarijiet, Biden kiseb 279 vot tal-kulleġġ elettorali għal 217 vot ta’ Trump b’vantaġġ li huwa impossibbli li jinkiseb mill-president u kandidat Repubblikan.