Barranin
Biden se jqassam $1.9 triljun f’benefiċċji minħabba l-pandemija

Il-pjan ta’ rkupru mill-pandemija tal-President tal-Istati Uniti Joe Biden, li jinkludi għajnuna finanzjarja ta’ $1.9 triljun, ġie approvat mis-Senat Amerikan.

L-aħħar pass huwa li l-pjan jiġi approvat formalment mill-Parlament li fih Biden għandu maġġoranza.

Hu ddeskriva l-vot tal-bieraħ bħala pass ta’ ġgant ‘l quddiem sabiex titwettaq din il-wegħda elettorali tiegħu.

Il-vot lbieraħ irnexxielu jgħaddi mis-Senat minkejja li kull membru tal-Partit Repubblikan ivvota kontra.