Barranin
Biden u Trump bl-aħħar appell għall-voti fl-aktar stati kruċjali

Fl-Istati Uniti llum issir l-elezzjoni Presidenzjali li matulha l-elettorat Amerikan mistenni jagħżel bejn il-President attwali u kandidat Repubblikan Donald Trump u l-kandidat Demokratiku Joe Biden. S’issa diġà tefgħu l-vot tagħhom 100 miljun persuna f’votazzjoni bikrija biex b’hekk kollox jindika li f’din l-elezzjoni se jkun hemm l-ikbar numru ta’ nies li ivvutaw għall-elezzjonijiet presidenzjali.

Fl-aħħar sigħat kompliet it-taqtiegħa bejn iż-żewġ kandidati għall-elezzjoni ta’ Presient tal-Isitati Unit. Kemm Joe Biden u Donald Trump kellhom l-aħħar rallies fl-iżjed stati deċisivi. Stħarriġ nazzjonali tal-opinjoni pubblika s’issa qed jagħti vantaġġ lil Joe Biden iżda t-tiġrija hi iżjed qrib fl-istati li huma deċisivi fir-riżultat.

Fl-aħħar diskors tiegħu għall-kampanja f’Pittsburgh, Pennsylvania, il-kandidat demokratiku Joe Biden qal li fl-Istati Uniti, għada ser jibda jum ġdid.

“Look, we’ve been through a lot in this country since we announced. America is facing a confluence of crises unlike anything in living memory. We’re still in the battle for the soul of America. Decency, honour, respect, where has it gone with this president? Well, let me tell you something folks. Tomorrow’s the beginning of a new day. Tomorrow, we can put an end to a presidency that is left hardworking Americans out in the cold. Tomorrow, we can put an end to a president that’s divided this nation and fanned the flames of hate. Tomorrow, we can put an end to a presidency that has failed to protect this nation.”

Il-kandidat Repubblikan Donald Trump fl-aħħar diskors tiegħu tal-kampanja f’Michigan xejjen dak li qegħdin jindikaw il-polls, b’rebħa għall-kandidat Biden.

“And if I don’t sound like a typical Washington politician, it’s because…thank you, I’m not a politician. I don’t always play by the rules of Washington and the Washington establishment it’s because I was elected to fight for you and I fight for you harder than anyone has ever fought for you before. Joe Biden is bought and paid for by big tech, big media and powerful special interests. That’s why he takes in 300 million dollars. They’ve taken millions and millions of dollars for his crazy campaign and he’s not going to win. I really don’t believe he’s going to win because of this. Take a look. This is going on all over the country.”

L-ewwel indikazzjoni tar-riżultat hija mistennija fis-sigħat bikrijin ta’ għada, hekk kif joħorġu l-indikazzjonijiet ta’ fejn marru l-Istati meqjusa deċisivi.