Lokali
Bidla fil-ħinijiet tal-viżitaturi f’San Vinċenz De Paul

Sabiex tiġi assigurata s-sigurtà u s-saħħa tar-residenti ta’ San Vinċenz De Paul, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità qed jieħu diversi miżuri neċessarji. Fosthom bidla fil-ħinijiet tal-viżitaturi.

Fi stqarrija ntqal li l-ħinijiet tad-dħul għall-viżitaturi se jkun bejn il-11:00am u 12:30pm u bejn l-4:00pm u s-6:00pm. Waqt dawn il-ħinijiet, se jingħata aċċess għal persuna waħda biss fejn kull resident. Dan il-proċess se jkun qed isir fl-entratura prinċipali tar-residenza. Dan billi se jingħata pass ta’ aċċess għar-residenza lill-viżitaturi. Qed tintalab prudenza u kooperazzjoni mill-viżitaturi kollha għall-benefiċċju tar-residenti kollha ta’ San Vinċenz De Paul.

Ħaddiema jiġu ttestjati qabel jidħlu għax-xogħol

Il-Ministeru spjega wkoll li mill-bieraħ bdiet sistema ta’ triage. Ir-residenti ta’ San Vinċenz De Paul jaqgħu taħt il-kategorija ta’ anzjani b’dipendenza għolja u għalhekk, skont il-pariri tal-professjonisti tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, f’San Vinċenz irid jitnaqqas ir-riskju billi jiġi kkontrollat kemm jista’ jkun il-kuntatt tal-viżitaturi mar-residenti. Barra minn hekk, se jkun qed isir proċess ta’ monitoraġġ għal kull persuna li tidħol, inkluż il-ħaddiema, permezz ta’ termometru elettroniku u anki permezz ta’ kwestjonarju.

Fl-aħħar nett il-Ministeru fakkar ukoll dwar l-importanza li wieħed isegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni maħruġin mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bħall-ħasil tal-idejn. Huwa ferm importanti li kull min iħossu ma jiflaħx jew għadu kif vjaġġa fil-pajjiżi indikati mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, dan m’għandux iżur il-qraba li jinsabu f’dawn ir-residenzi.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati  il-memorandum of understanding li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja fil-laqgħa li saret fi Tripli il-ġimgħa li għaddiet. Il-Ministru Bartolo, li…

Kostruzzjoni

Dak li deher li huwa xogħol ta’ tħammil li kien qed isir f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Barrieri f’Santa Venera waqaf, wara li residenti mħassba dwar is-sigurtà ta’ dawn ix-xogħlijiet…

Parlament

Id-Deputat Kap tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Kap tad-Dipartiment għall-iżvilupp tal-prodott turistiku, Leslie Vella qal li l-iskop ewlieni tal-ftehim mal-kumpanija tal-ajru privata Vistajet kien li jirreklamaw lil Malta bħala ċentru ġdid…

Aktar