Barranin
Bidla fil-klima: Jirdoppjaw il-ġranet bit-temperaturi ‘l fuq minn 50 grad fid-dinja

L-għadd ta’ ġranet sħan bit-temperatura tilħaq il-50 grad irduppjaw mis-snin tmenin ‘l hawn . Mill-analiżi li għamlet il-BBC joħroġ li mill-1980, l-għadd ta’ jiem bit-temperatura ‘l fuq minn 50 grad żdiedu f’kull deċenju.

Bħala medja, bejn l-1980 u l-2009, kien hemm 14-il ġurnata bit-temperatura b’50 grad ‘il fuq. Filwaqt, li l-għadd ta’ ġranet b’din it-temperatura tela’ għal 26 ġurnata mill-2010 sal-2019. Fl-istess snin kien hemm ukoll ħmistax bit-temperatura ta’ 45 grad jew aktar.

It-temperaturi b’50 grad jew aktar seħħew fir-reġjuni tal-Lvant Nofsani u tal-Golf.

Skont id-Direttur tal-Istitut tal-Bidla Ambjentali fl-Università ta’ Oxford, Friederike Otto, din iż-żieda fit-temperatura hija attribwita għall-emissjonijiet fl-arja. Jispjega li l-kawża ta’ dan tista’ tħalli impatt xejn sabiħ fuq il-bniedem, li tista’ twassal ukoll għal fatalità.

Dan is-sajf kien hemm temperaturi għoljin ukoll fl-Italja ta’ 48.8 grad u ta’ 49.6 grad fil-Kanada, bix-xjentisti jwissu li temperaturi li jilħqu l-50 grad jistgħu jseħħu kullimkien sakemm ma naqsux l-emmissjonijiet fl-arja.