Kurżitajiet
Bidwi jressaq ġebla u bla ma jaf ikabbar il-Belġju u jċekken lil Franza

Bidwi mill-Belġju li ressaq ġebla biex ikun jista’ jgħaddi bit-trakk kabbar it-territorju ta’ pajjiżu u fl-istess ħin ċekken dak ta’ Franza.

Il-bidwi ressaq il-ġebla lura mingħajr ma kien jaf li kienet hemm biex tindika t-territorju bejn iż-żewġ pajjiżi.

Dilettant tal-Istorja li nzerta kien għaddej mill-post induna li b’din l-azzjoni t-territorju Belġjan kiber bi 2.29 metru u dak ta’ Franza ċkien bl-istess daqs.

L-awtoritajiet Belġjani se jitolbu lill-bidwi biex jerġa’ jressaqha f’postha għalkemm ma nqala’ ebda tilwim bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi hija twila 620 kilometru u ġiet stabbilita bit-Trattat ta’ Kortrijk li kien iffirmat fl-1820 wara li ħames snin qabel Napuljun Bonaparti tilef il-battalja ta’ Waterloo.

Il-ġebla tmur lura għall-1819 meta ġiet deċiża l-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.