Bidwi ta’ 67 sena tinqabadlu siequ f’mutur tal-ħart fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 67 sena ndarab gravi dalgħodu meta mutur tal-ħart qabadlu siequ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’għalqa fl-inħawi tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.20 a.m. Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta l-anzjan li huwa mis-Siġġiewi kien qed jagħmel xi xogħol b’mutur tal-ħart meta għal xi raġuni dan qabadlu siequ.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonjiet fuq il-każ.