Kronaka
Bieb ta’ residenza f’Tal-Pietà ngħata n-nar mal-lejl

Bieb ta’ residenza fi Triq K. Mifsud f’Tal-Pietà ngħata n-nar matul il-lejla li għadda.

Il-pulizija kienet infurmata b’dan il-każ għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu. TVM hu infurmat li dak il-ħin fir-residenza kien hemm tliet persuni li ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat.

Il-pulizija qed tinvestiga.