Lokali
Biex ħierġin issa The Travellers?

Ħoss ġdid u frisk għal The Travellers, il-band li stabbilixxiet ruħha dan l-aħħar għall-kanzunetti li toħroġ bil-Malti u li tant kisbet popolarità bihom.

Minn għada, din il-band se tkun qed tkompli bil-vjaġġ mużikali tagħha hekk kif se tniedi t-tieni kanzunetta mill-ewwel album tagħhom li ġġib l-isem ta’ Ilkoll Flimkien.

Hija kanzunetta ispirata mill-poeżija ta’ Oliver Friggieri ‘Jekk’ u titratta l-mod kif taffaċċja l-problemi tiegħek u l-mistoqsijiet diffiċli f’ħajtek però fl-aħħar jirnexxielek tegħlibhom. Jekk ma taffaċċjax dawn it-tip ta’ sfidi f’ħajtek, ma titgħallem u tikber qatt.

The Travellers se jkunu qed iniedu l-vidjow mużikali ta’ din il-kanzunetta, li kif tistgħu tinnutaw minn dan l-ispunt li poġġew fuq Facebook, imur mal-istil ta’ Ilkoll Flimkien u jsaħħaħ l-istess messaġġ li trid twassal id-diska.

Però għalissa se nħallukom bil-kurżità sakemm Chris, Joseph, Sylvano, Andrew, Clayton u Michael ivaraw il-kanzunetta għada.

Dan is-sit elettroniku se jżommkom aġġornati wkoll matul il-jum t’għada bl-aħħar żviluppi minn The Travellers.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza….

Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Lokali

Ajruplan tal-merkanzija tal-kumpannija DHL ta’ battikata lil madwar 400 ruħ li ngħaqdu flimkien biex jiġbdu dan l-ajruplan b’risq Puttinu Cares. Din l-attività daħlet fir-raba’ sena tagħha, u kull sena ssir…

Aktar