Politika
“Biex ikeċċuk, kissru partit” – Robert Arrigo f’ittra lil Adrian Delia

Id-deputat Robert Arrigo qal li l-grupp Parlamentari Nazzjonalista jrid jerfa’ r-responsabbiltà b’mod kollettiv, u li dan kien kisser il-partit tiegħu f’tentattiv biex ineħħi lil Adrian Delia minn kap.

Fl-ittra ta’ riżenja li s-Sur Arrigo bagħat lil Dr Delia, huwa qal li emails u messaġġi li ngħataw lill-midja minn deputat partikolari juru li l-grupp parlamentari ried li hu (Arrigo) jitlaq. Żied li kien se jibqa’ fil-kariga sakemm jonora r-responsabbiltajiet li kellu.

Qal li jinsab imħasseb li ħadd minn dawn il-persuni li għamlu l-ħsara, ma ħarġu bi pjan konkret għall-PN.

Is-Sur Arrigo qal li s-sitwazzjoni finanzjarja kienet taħt kontroll, bi pjan għal 10 snin u ieħor biex il-midja tal-partit ma toħroġx bit-telf. Żied iżda li l-grupp parlamentari kisser dan kollu, inkluż ir-responsabbiltà biex ikun hemm biżżejjed pagi għall-ħaddiema.

“Ċert li dawn issa se jassumu din ir-responsabbiltà, u li mill-1 t’April, bil-proposta ta’ crowdfunding minn MP, dawn il-persuni ta’ talent se jiġbru €2 miljun fis-sena li hemm bżonn,” qal is-Sur Arrigo.

Fir-rigward ta’ Dr Delia, qal li jinsab urtat bin-nuqqas t’azzjoni min-naħa tiegħu, u li t-tajjeb kollu li għamel donnu ma nbiegħx man-nies.

Huwa temm billi kkonferma li se jibqa’ deputat Nazzjonalista, u li se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni li jmiss.

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed iwissi li r-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ forza 6.

Kronaka

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30, raġel Malti ta’ 72 sena nstab mejjet fiċ-ċella tiegħu. B’dan il-każ ġew infurmati minnufih il-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw, u nħatret inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa, kif ukoll inkjesta interna.

Lokali

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Bord tal-Housing Affordabbli,  Joseph Bartolo. Magħruf ukoll bħala l-Isloopy, Bartolo kien ukoll consulent fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bosta qalu li se jibqgħu jiftakruh bħala riformatur soċjali u bejjiegħ…

Aktar