Barranin
Biex jidhru isbaħ qed jispiċċaw infertili

Xjenzati sabu li l-isforzi li qed jagħmlu l-irġiel biex jidhru isbaħ qed jikkawżawlhom problemi biex ikollhom it-tfal.  Studju riċenti wera li aktar ma jieħu steroids biex jinbnew jew inkella pilloli biex ma jaqax xagħarhom iktar qed jiżdied ir-riskju li jispiċċaw infertili.

Dr James Mossman wasal għal din il-konlużjoni meta kien qed jagħmel id-dottorat f’Sheffield.  Huwa qal lil BBC li l-irġiel qed jippruvaw jidhru perfetti u sbieħ iżda fir-realtà xejn mhuma jgħinu lill-evoluzzjoni tal-bniedem għax qed jagħmlu ħsara lill-isperma.

Flimkien mal-Professur Allan Pacey, mill-Università ta’ Sheffield, Dr Mossman sab li l-isteroids, li jittieħdu biex ikabbru l-muskoli, qed jaffettwaw l-ormoni tat-testikoli tal-irġiel.

Ir-riċerkaturi Mossman u Pacey huma tal-fehma li l-mediċina li tittieħed biex ma jaqax ix-xagħar tal-irġiel għandha l-istess effetti tal-isteroids.  Dan minħabba li għandha wkoll riperkussjoni fuq il-fertilità għax jiġu imponenti.

Dr Mossman qed jissuspetta li huma biss il-bnedmin li jagħmlu minn kollox biex jattiraw lis-sess oppost iżda qed joqtlu l-fertilità.  Għaldaqstant, ix-xjenzati qed jargumentaw li l-evoluzzjoni tkun suċċess jekk id-DNA tal-bniedem tibqa’ tintiret tajjeb minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Barranin

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu. Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont…

Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Aktar