Teknoloġija
Biex Malta tibqa’ fuq quddiem tar-rivoluzzjoni diġitali s-settur privat irid isir protagonist

Tnieda fond ta’ żewġ miljun ewro ta’ GO Ventures, immirat lejn kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija. Fit-tnedija tal-fond, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li biex Malta tibqa’ fuq quddiem tar-rivoluzzjoni diġitali huwa essenzjali li s-settur privat isir protagonist biex jattira talent barrani u jgħin biex jikber u jissaħħaħ it-talent lokali.

Il-kumpanija GO permezz tal-fond Go Ventures se tinvesti żewġ miljun ewro biex permezz ta’ startups tgħin investituri jwettqu proġetti fil-qasam diġital.

Stefan Briffa qal li l-GO Ventures se jiffoka fuq startups lokali u internazzjonali fl-oqsma ta’ intelliġenza artifiċjali, big data u analytics, cybersecurity, blockchain u fintech.

”Kumpaniji li għadhom jibdew imma huma fit-teknoloġija naturalment, biex aħna nkunu nistgħu nżommu focus… u l-valur li nagħtuhom ikun fil-qasam li aħna nifhmu fih ukoll.”

Zach Ciappara huwa l-fundatur ta startup li beda sentejn ilu, u jittama li b’dan il-fondi jkun jista’ jespandi lil hinn minn Malta.

”L-istartup huwa timetable app li jinqasam bejn l-istudenti biex tas-sixth form u l-università jkunu jistgħu jaraw meta l-ħbieb tagħhom huma free, din bdiet sentejn ilu u issa hemm 17-il elf student li jużaw din l-application.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Go, Nikjil Patil, qal li Malta għandha infrastruttura b’saħħitha ta’ telekommunikazzjoni u informatika, u hija għal din ir-raġuni li qed tinvesti fi startups li juru potenzjal tanġibbli bħala mezz biex tagħti iktar valur lill-azzjonisti u l-istakeholders tal-kumpanija.

”Ultimately the goal of the fund is to deliver returns to our shareholders and to develop industries that we have less expertise on… so this allows us to diversify our investment base.”

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-fond se jservi bħala pjattaforma għall-kumpaniji ġodda li għadhom qed ifittxu mezz kif jimplimentaw il-proġetti diġitali tagħhom.

”Jekk inħarsu lejn l-ikbar kumpaniji fid-dinja bħall-Facebook, Amazon, Twitter… dawn kienu kollha kumpaniji li kienu sempliċiment idea, imma kellhom min jemmen fihom, żviluppawhom… u minn start-ups ġew dak li ngħidulhom unicorn.”

Is-Segretarju Parlamentari Schembri qal li l-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ il-qafas leġiżlattiv fl-oqsma diġitali.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar