Kurżitajiet
Biex tidħol fil-malja trid tevita l-għaġin, il-ħobż u l-ħelu

Hawn ħafna dieti differenti u kulħadd bit-teorija tiegħu ta’ x’ikel għandu jittiekel biex ikun jista’ jnaqqas il-piż.  Jidher li issa nstab mezz ta’ kif tista’ tnaqqas l-ikel skont il-lewn tal-karboidrati, li minnhom il-ġisem jieħu l-enerġija.  Jeżistu tliet tipi ta’ karboidrati – lamtu (starch), zokkor u fibra.

L-ikel bil-lamtu (starch) jikkonsisti fl-għaġin, il-ħobż, il-patata u r-ross li fihom karboidrati  ta’ lewn beige – dawn iridu jiġu evitati għax m’humiex tajbin għal min irid iżomm figura snella.  Lanqas il-karboidrati ta’ lewn abjad m’huma tajbin.  Dawn jinsabu fil-luminati, il-ħelu u l-ikel ipproċessat fosthom il-kejkijiet u l-gallettini.

Dawn iż-żewġ tipi ta’ ikel ikissru l-lamtu u z-zokkor fi glukożju (glucose) għall-enerġija, u jekk tiekol ħafna minnhom, dan jispiċċa jinħażen fil-ġisem bħala xaħam.

Il-karboidrati “ħodor” huma l-aħjar għall-ġisem u l-moħħ

Imbagħad hemm tip ta’ karboidrati oħra, tal-fibra, li jinsabu fil-frott u l-ħaxix, li jissejħu karboidrati ħodor li jżommuk iktar mimli u jdum ma jaqbdek il-ġuħ bihom.  Huma ħafna drabi s-sors ta’ vitamini u minerali ideali għall-ġisimna.

Hemm ukoll l-ikel mimli fibra bħall-fażola, l-għazz u ż-żrieragħ mhux ipproċessati li jdumu ħafna ma jiġu diġeriti iżda huma ta’ benefiċċju għall-ġisem u għall-moħħ.

Huwa rrakkomandat li wieħed inaqqas id-dqiq, ir-ross, il-patata, l-għaġin, iċ-ċereali tal-kollazzjon u żrieragħ ipproċessati.  Minflokhom wieħed jista’ jiekol pastard, il-karfus u s-sweet potatoes, kif ukoll ħobż tas-segala (rye bread) u l-pumpernickel bread.

Magħhom wieħed jista’ jiekol il-bajd, il-laħam, il-ħut u l-legumi, kif ukoll ħaxix ta’ lewn aħdar jew ikkulurit bħal insalata, tadam u brunġiel.

Esperiment li rnexxa

Minn esperiment li sar minn tabib f’Merseyside fl-Ingilterra, meta numru ta’ pazjenti obeżi, bid-dijabete, il-kolesterol u l-pressjoni għolja għamlu din id-dieta, instab li wara ġimgħatejn dawn ippreferew jieklu iktar frott u ħaxix minn ikel ieħor.

Minbarra li ma batewx il-ġuħ, il-parti l-kbira ta’ dawn il-pazjenti spiċċaw tilfu l-piż u tejbu l-livell taz-zokkor fid-demm tant li ma baqgħux dijabetiċi.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zac Oliver, tifel Ingliż ta’ 4 snin minn Broseley, Shropshire, ibati minn kanċer rari li jista’ jiġi kkurat biss fl-Amerka. Il-familja ta’ Zac għamlu diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi biex…

Kurżitajiet

L-eks goaler tar-Real Madrid, Iker Casillas kien mingħalih ser jiekol ikla għall-kwiet f’ristorant f’Porto meta f’daqqa u l-ħin gawwi bil-ġuħ ħassarlu l-gost kollu. F’ritratt li l-goaler tella’ fuq il-profil tiegħu…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Aktar