Barranin
B’iktar karbojdrati u inqas proteini tista’ tgħix iżjed fit-tul

B’dieta ta’ iktar karbojdati u inqas proteini, iċ-ċelloli, speċjalment dawk tal-moħħ, jixjieħu iżjed bil-mod meta mqabbel ma’ dieti oħra.

Dan qed ikun issuġġerit minn studju li sar mill-università ta’ Sydney, ippubblikata fil-ġurnal Cell Reports. Dan huwa l-ewwel studju li sab evidenza ta’ dawn il-benefiċċji mill-karbojdrati. L-istudju sar fuq il-ġrieden, u ffoka fuq il-parti tal-moħħ responsabbli għall-memorja.

L-awtur prinċipali tal-istudju, Devin Wahl, qal li għad m’hawn l-ebda kura għal mard bħad-dimensja u l-Alzheimer, u għalhekk huwa inkoraġġanti li r-riċerka qed turi li ċertu dieti jistgħu jaffettwaw l-iżvilupp ta’ dawn il-kundizzjonijiet.

Naturalment, dan ma jfissirx li wieħed għandu jibda jitħanżer fil-ħelu, l-ħobż u l-għaġin, speċjalment dawk li mhumiex magħmula mill-parti s-sħiħa tal-qamħa (wholegrain).

Il-karbojdrati xorta waħda għandhom jittieklu bil-qies, u dejjem huwa rrakkomandat li wieħed jagħżel karbojdrati minn sorsi naturali bħall-ħxejjex, frott u legumi, filwaqt li jevita ikel proċessat li jkun fih ħafna zokkor, u li huwa assoċjat mal-obeżità u d-dijabete.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu…

Barranin

Ġurnalista li kienet qed tirrapporta dwar irvell f’Londonderry fl-Irlanda nqatlet b’tir. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala inċident terroristiku. Intant, dissidenti Repubblikani qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lyra McKee ta’ 29…

Barranin

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi. Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan,…

Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Aktar