Ambjent
BIL-FILMAT: 400 tajer jinġabru minn qiegħ il-baħar f’xahar

Fl-aħħar xahar minn qiegħ il-baħar fl-inħawi ta’ San Ġiljan inġabru madwar 400 tajer tal-karozzi.

It-tajers inġabru f’erba’ tindifiet li saru fuq bażi volontarja minn diversi għaddasa.

Raniero Borg, wieħed mill-voluntieri magħruf għat-tindif li jagħmel ta’ sikwit f’qiegħ il-baħar, qal li huwa jibqa’ impressjonat bl-ammont ta’ dan it-tip ta’ skart.

Huwa sostna li għalkemm neħħew dak l-ammont kollu taħt ir-ramel f’qiegħ il-baħar għad baqa’ aktar x’itellgħu.