Barranin
BIL-FILMAT: Ara kif Russa ta’ 70 sena żżomm ħalliel milli jisirqilha l-handbag

Fir-Russja anzjana ta’ 70 sena rnexxielha żżomm raġel milli jisirqilha l-handbag.

Filmat li qed idur fuq il-mezzi soċjali juri lill-mara miexja fuq il-bankina meta jiġi jiġri raġel minn warajha u jaħtfliha l-handbag.

L-anzjana baqgħet iżżomm il-handbag u r-raġel beda jkaxkarha mal-art imma hija ma ċedietx.

F’ħin minnhom ir-raġel jidher jaħrab minn fuq il-post u raġel ieħor jiġri warajh.

Raġel ieħor li kien għaddej waqaf biex jara kif inhi l-anzjana.

Il-Pulizija Russa qed tistħarreġ dan l-attentat ta’ serq.