Barranin
BIL-FILMAT: Ara l-mument li fih maltempata tar-ramel għattiet belt Ċiniża

Wara li ntlaqtet mill-għargħar iċ-Ċina rat waħda mill-bliet tagħha tintlaqat minn maltempata tar-ramel.

Filmati meħudin minn cameras fil-belt ta’ Dunhuang juru “mewġa” ta’ ramel għolja 100 metru tgħatti diversi binjiet.

Ir-ramel inġarr mil-irjieħat mid-deżert Gobi bil-pulizija tal-lokal kellu toħroġ fit-toroq biex tgħin lis-sewwieqa li ma setgħux jaraw fejn isuqu.

Madwar 400 titjira miż-żewġ ajruport tal-belt kellhom jiġu kkanċellati minħabba l-maltempata tar-ramel.