Kronaka
BIL-FILMAT: Disat itfal u adult imutu f’ħabta bejn 18-il karozza fl-Istati Uniti

Disat itfal u adult mietu traġikament f’ħabta bejn 18-il vettura fl-Istati Uniti.

L-inċident kien ikkaġunat minn ilmijiet kbar fil-‘highway’ ta’ Alabama kawża tal-maltempata tropikali li ngħatat l-isem Cluadette.

L-adult huwa żagħżugħ ta’ 29 sena li tilef ħajtu ma’ bintu li kien għad għandha disa’ xhur.

Fost il-vetturi involuti fl-inċident kien hemm van bi tmint itfal u żgħażagħ li kellhom bejn erba’ snin u 17-il sena.