Baħar
BIL-FILMAT: Ir-robot li jiġbor l-iskart minn wiċċ il-baħar

Il-port ta’ Cassis fi Franza huwa wieħed minn 15-il port fil-pajjiż li sab mod ġdid kif jiġbor l-iskart f’wiċċ il-baħar.

Jellyfishbot huwa l-isem li ngħata lil robot ċkejken fil-forma ta’ katamaran żgħir li jitħaddem bir-‘remote control’.

Nicolas Carlesi, li għandu PhD fir-robotika taħt il-baħar u l-kumpanija tiegħu IADYS ivvintat ir-robot, qal li l-apparat jista’ jmur kullimkien.

Huwa ħareġ bl-idea li joħloq dan ir-robot wara li bħala għaddas ra kemm skart jispiċċa fil-baħar.

Minbarra l-portijiet fi Franza l-“Jellyfishbot” kien esportat lejn pajjiżi oħra fosthom Singapore, il-Ġappun u n-Norveġja.

Dan mhux l-unika robot li ġie vvintat biex jiġbor skart f’wiċċ il-baħar hekk kif anke fl-Olanda qed jintuża l-“Waste Shark” fil-port ta’ Rotterdam.