Annimali
BIL-FILMAT: Irabbi l-annimali f’sit ta’ kostruzzjoni – allegatament isawwat kelb

Il-Pulizija qed tinvestiga raġel li nqabad qed irabbi xi annimali f’sit ta’ kostruzzjoni f’Raħal Ġdid.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ TVM li fi Triq il-Palma, f’sit ta’ kostruzzjoni, instabu 3 iklieb, 2 tar-razza Rottweiler u Chihuahua u xi fniek fi stat ħażin.

Jidher li r-residenti tal-madwar u xi voluntiera rrappurtaw il-każ lill-pulizija wara li ma felħux aktar jisimgħu l-karba tal-klieb li kienu qed jinżammu marbutin mingħajr kenn mix-xita u x-xemx. Il-persuni li rrappurtaw il-każ qed jallegaw li r-raġel saħansitra sawwat kelb minnhom li semgħuh jokrob.

Fuq il-post issejħu l-uffiċjali tal-Animal Welfare li ssekwestraw l-annimali. Dawn ittieħdu l-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali għall-kura.

Maxine Borg, voluntiera li ssalva annimali abbandunati u abbużati, ikkuntattjat lil TVM fejn qalet li l-każ kienet ilha taf bih mis-26 t’Ottubru. Hija qalet li rrapportatu lill-awtoritajiet ikkonċernati minnufih iżda t-talba tagħha waqgħet fuq widnejn torox. Hija esprimiet għadab għat-tkaxkir tas-saqajn tal-awtoritajiet meta hemm każijiet ta’ moħqrija severi bħal dawn.

Hija spjegat lil TVM kif irċeviet telefonata ddisprata mill-mara li qed tallega li rat b’għajnejha l-moħqrija u kompliet titfa’ pressjoni fuq l-awtoritajiet sakemm ħadu azzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar