Kurżitajiet
BIL-FILMAT: Jagħfas il-gass flok il-brejk u jispiċċa fi ‘swimming pool’

Żagħżugħ li spiċċa bil-karozza fi ‘swimming pool’ insista li l-inċident seħħ għax minflok għafas il-pedala tal-brejk għafas dik tal-gass.

Il-każ seħħ f’Colorado, l-Istati Uniti, biż-żagħżugħ u adult li kien fil-karozza jeħilsuha ħafif.

Uffiċjali mill-West Metro Fire Rescue ssejħu fuq il-post u tellgħu l-karozza mis-‘swimming pool’. Huma tellgħu wkoll filmat ta’ din il-ħidma.

Il-Pulizija ta’ Lakewood tat liż-żagħżugħ ċitazzjoni u anke hi tellgħet ritratti ta’ dak li ġara fuq il-paġna tagħha tal-Facebook.