Lokali
BIL-FILMAT: Jarrestawh wara li jgħid li jrid jistupra lit-tfal fil-Marsa

Waqt attività sportiva li kienet għaddejja f’Marsa Sports Ground dalgħodu, għadd ta’ ġenituri u għalliema spiċċaw ċemplu lill-Pulizija u żammew raġel ta’ nazzjonalità barranija sakemm ġiet l-għajnuna.

Jidher li għadd ta’ ġenituri raw lir-raġel jaġixxi b’mod suspettuż meta dawn avviċinawh u talbuh biex jieqaf ipejjep f’post fejn hemm it-tfal.

Jidher li r-raġel infexx f’dagħdiha ta’ kliem baxx u theddid meta ġera għal fuq il-korsa tal-Marsa viċin it-tfal. Persuni li tkellmu ma’ TVM allegaw li huwa beda jgħajjat li jrid jistuprahom.

Xi ġenituri u għalliema kienu pronti jaġixxu u jżommu lir-raġel sakemm waslet il-Pulizija tar-RIU fuq il-post.

Filwaqt li prova jirreżisti l-arrest, ir-raġel ġie arrestat u ttieħed l-għassa ta’ Ħal Qormi.

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Teknika partikolari u pjuttost unika waslet biex l-artist Corrado Iozia joħloq diversi kwadri li mhux biss ipaxxu l-għajn iżda anke li jibagħtu messaġġ soċjali. Il-wirja tinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta. Corrado…

Kronaka

Raġel ta’ 58 sena sofra ġrieħi gravi wara li tard ilbieraħ kien involut f’argument fix-Xagħra, Għawdex. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-28 t’April 1688 għall-ħabta tal-10.50pm. Il-Pulizija qalet li…

Immigrazzjoni

Il-bastiment Aquarius, li kien qed jopera fl-ibħra ċentrali tal-Mediterran biex jittrasporta u jeħles immmigranti li kienu qed jippruvaw jaqsmu illegalemnt mil-Libja lejn l-Italja, kellu r-reġistrazzjoni tiegħu revokata. Il-vapur, li huwa…

Ġurnali

Nagħtu ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali llum it-Tnejn 24 ta’ Settembru 2018: L-Orizzont Aktar kumpaniji barranin lesti li jinvestu f’Malta: Hekk jisħaq il-prim ministru meta kien qed jitkellem dwar Brexit. Storja…

Aktar