Barranin
AĠĠORNAT: Identifikat sid il-karozza li qatlet 5 waqt parata

Il-Pulizija Amerikana arrestat lis-sid tal-karozza li baqgħet dieħla f’ġemgħa waqt parata u qatlet 5 persuni waqt li weġġgħet 40 oħra.

Ir-raġel kien identifikat bħala Darrell E. Brooks, Amerikan ta’ 39 sena, li huwa rapper u magħruf fix-xena mużikali bħala MathBoi Fly.

Brooks mhux isem ġdid mal-Pulizija hekk kif kellu każijiet relatati ma’ droga u sewqan perikoluż. Huwa kien meħlus mill-Qorti taħt twissija ftit tal-jiem ilu.

L-inċident seħħ fil-belt ta’ Waukesha b’filmati miġbuda min-nies juru SUV għaddejja minn qalb il-parata.

Il-Pulizija Amerikana għad trid tistabilixxi jekk dan kienx inċident intenzjonat jew le għalkemm sa issa mhux tissuspetta li dan kien attentat terroristiku.