Kurżitajiet
BIL-FILMAT: L-armata Ingliża tittestja ‘jet suit’ biex is-suldati jtiru

L-armata Ingliża qed tittestja l-‘jet suit’ iddisinjata minn Gravity Industries li tagħmilha possibbli li persuna ttir.

Il-Qawwa Navali Ingliża ttestjat din il-‘jet suit’ ‘il barra mill-kosta tar-Renju Unit b’suldat jidher itir bejn żewġ ‘dinghies’ u anke għal fuq bastiment militari.

Il-‘jet suit’ qed titqies bħala pass rivoluzzjonarju fil-militar bir-Royal Marines interessati li jużawha mhux biss għall-forzi navali.

Ir-Renju Unit diġà ttestja l-‘jet suit’ fil-qasam mediku biex ikun jista’ jieħu tobba f’postijiet li ma jkunux aċċessibbli bil-vetturi jew bil-pass.