Lokali
BIL-FILMAT: Mara tindarab gravi wara ħabta frontali fis-Siġġiewi

Mara ta’ 26 sena minn Ħad-Dingli qed tingħata kura l-isptar wara ħabta frontali. L-inċident seħħ għal ħabta tal-5.30p.m. fi Triq Bur il-Kbir, fis-Siġġiewi.

Il-mara kienet qed issuq karozza tal-għamla Toyota fid-direzzjoni tas-Siġġiewi meta seħħet il-ħabta frontali ma’ vettura Mercedes misjuqa minn raġel ta’ 35 sena miż-Żurrieq, li kien qed isuq fid-direzzjoni tal-Girgenti.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil mara l-isptar minħabba ġrieħi gravi li sofriet.

Is-sewwieq tal-Mercedes ma weġġax.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett biex iħejju rapport tal-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar