Barranin
BIL-FILMAT: Qabdet l-arma tan-nar flok it-taser u qatlitu…

F’Minnesota, uffiċjal tal-pulizija darbet b’mod fatali lil Daunte Wright, ġuvni ta’ 20 sena li twaqqaf għax kien qed isuq b’mod irresponsabbli.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Pulizija, Chief Gannon qal li l-pulizija qatlet lil Wright wara li bi żball qabdet l-arma tan-nar minflok it-taser.

Waq il-konferenza ġie muri filmat tal-inċident fejn Wright jirnexxilu jiżgiċċa minn taħt idejn il-pulizija, bil-pulizija jwissuh li se jużaw it-taser fuqu. L-uffiċjal Kim Potter użat arma tan-nar flok it-taser fuq il-ġuvni li baqa’ jsuq sakemm ħabat ftit tal-ħin wara.

Potter ilha 26 sena mal-Korp u dik inhar tal-inċident fatali kienet stazzjonata maċ-ċentru tal-pulizija f’Brooklyn.

Minkejja li l-Kap tal-pulizija sostna li dan il-qtil kien wieħed aċċidentali, il-folol ħarġu jipprotestaw u ma obdewx il-miżuri ta’ mitigazzjoni imposti minħabba l-pandemija.