Bil-filmat: ‘Show’ ta’ bla ħsieb fil-Ħofriet

Kull min ilbieraħ kien qed iqatta’ ftit tal-ħin għall-mistrieħ fi Xrobb l-Għaġin seta’ jassisti għal ‘show’ mill-aqwa kompletament b’xejn.

Għexieren ta’ spettaturi fuq dgħajjes li kienu miġbura fil-ħofra ta’ Dellimara tefgħu għajnejhom fuq grupp ta’ dgħajjes li minnhom bdiet tidwi l-kanzunetta ‘Rise like a Phoenix’ ta’ Conchita Wurst. Minnufih deher jimita lil Wurst raġel liebes parrokka twila safra u libsa ċilesta tlellex.

Jidher li dan is-‘show’ niżel tajjeb ħafna mal-ispettaturi miġbura hekk kif il-ħofra ntliet bit-tpaqpiq, ċapċip, għajjat u tisfir ta’ dawk preżenti. Min-naħa tiegħu rringrazzja lill-pubbliku tal-attenzjoni.

Is-‘show’ iżda ma waqafx hawn hekk kif ir-raġel kompla juri x’jaf  din id-darba fiż-żfin, b’dawk ta’ madwaru jiddevertu miegħu u jnisslu tbissima fuq wiċċ dawk preżenti li għal xi ħin ma qalgħux għajnejhom minn fuqu, filwaqt li komplew jagħtuh s-support tagħhom.

Huwa għalaq is-‘show’ billi qabeż il-baħar,  x’aktarx biex jifriska xi ftit wara dik il-battikata f’xemx taqli l-ġrieden.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fil-belt ta’ Porthcawl, f’Wales, mistennija jiġu installati latrini li ma jippremettux li jsiru fihom attivitajiet bħas-sess, il-vandaliżmu u t-teħid tad-droga. Dawn il-latrini ġew iddiżinjati tapposta biex ixarbu bl-ilma lill-persuni li…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Barranin

Għal xi wħud il-ħin tal-inżul mill-ajruplan spiss ikun ta’ uġigħ ta’ ras, speċjalment jekk ikunu fuq in-naħa ta’ wara. Ħafna nies ħerqana biex jinżlu, ma jagħtux ċans lil ta’ quddiemhom…

Barranin

“M’għandix bżonn diving board” hija d-deskrizzjoni li Ryan Tchoungoua jagħti dwaru nnifsu fuq il-profil ta’ Instagram. Dan iż-żagħżugħ Amerikan minn New York qed isir famuż wara li filmati tal-qabżiet tiegħu…

Aktar