Bil-filmat: Suċċess ieħor għall-Karnival tas-sajf

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda t-toroq ewlenin ta’ Buġibba u l-Qawra libsu l-libsa tal-Karnival bil-għan li t-turisti u l-Maltin iġeddu l-esperjenza tal-Karnival Malti . . . din id-darba fil-Karnival tas-sajf.

Kienu mijiet li attendew ilbieraħ għall-Karnival tas-sajf li kien jinkludi għaxar karrijiet li nħadmu apposta, maskaruni mżejna, kumpaniji ta’ żfin u saħansitra l-ġostra fost l-oħrajn. Il-qofol intlaħaq ilbieraħ filgħaxija fil-pjazza ta’ Buġibba.

Id-direttur tal-karnival Jason Busuttil qal li l-edizzjoni ta’ din is-sena kienet estiża għall-Qawra wkoll. Qal li fiha kien hemm togħma tal-karnival tax-xitwa, iżda b’karrijiet li saru apposta għall-edizzjoni tas-sajf. Huwa żied jgħid li d-dilettanti tal-karnival se jkunu issa impenjati biex jieħdu sehem f’sehem fil-karnival ta’ Notting Hill fl-Ingilterra.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati  il-memorandum of understanding li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja fil-laqgħa li saret fi Tripli il-ġimgħa li għaddiet. Il-Ministru Bartolo, li…

Kostruzzjoni

Dak li deher li huwa xogħol ta’ tħammil li kien qed isir f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Barrieri f’Santa Venera waqaf, wara li residenti mħassba dwar is-sigurtà ta’ dawn ix-xogħlijiet…

Parlament

Id-Deputat Kap tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Kap tad-Dipartiment għall-iżvilupp tal-prodott turistiku, Leslie Vella qal li l-iskop ewlieni tal-ftehim mal-kumpanija tal-ajru privata Vistajet kien li jirreklamaw lil Malta bħala ċentru ġdid…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

Aktar